Dan l-artiklu dwar il-qaghda tat-traffiku f'Malta, ghadu validu illum fl-1998 daqskemm kien meta gie miktub fl-1995

 

 

IL-GARRA

 

 

Il-garra, gejja w sejra fl-ahhar tinkiser. Qawl li ta' min jaghti kazu dan, ghaliex tassew fih x'tomghod. Kien ilu jigi f'rasi dan il-qawl jien u ndur mar-rawndebawt ta' fejn kien San Filep qabel twarrab u nheba wara l-kalkara tal-gir, f'Haz-Zebbug. Ghax hemm fejn dik ir-rawndabawt tittlajja' ta' sikwit il-mewt, mohbija wara l-hadid tal-bumper ta' xi trakk daqshiex tiela' kontra t-traffiku minn fejn hemm xi stabbilimenti kummercjali. Dawn is-sewwieqa jisthajjlu li r-riskju huwa aqwa mic-centezmu diesel li jahlu li kellhom - kif suppost, jinzlu 'l isfel u jduru mal-kalkara tal-gir.

 

Nhar il-Hadd, 'k jkolli nghid, ma telaqniex zghazugh iehor fit-tifrik tal-karozza tieghu, ghax ghax. Bhalma jigri ta' sikwit, van tela' 'l fuq "wrong side" kontra t-traffiku biex jiffranka l-bicca dawra ma' San Filep. Karozza gdida fjamanta niezla minn haz-Zebbug sabitu ma' wiccha.

 

It-traskuragni kriminali li x'uhud ghandhom fis-sewqan, twahhax. Kulhadd jghid li llum mhux kif issuq int jghodd imma kif isuqu l-ohrajn. Pero', ghall-ohrajn din tghodd daqskemm tghodd ghalik.

 

Issa anke l-vetturi tal-puluzija u ta' l-armata donnhom dahlu fil-pika. Ma nafx kemm tara 'l tat-traffiku ghaddejjin f'nofs it-triq jew fuq in-naha ta' barra, kemm kemm jiccaqilqu. Nhar il-Hadd, inzertajt xi sitta f'daqqa pratikament jimblukkaw it-triq li minn fejn ir-rawndebawt li semmejt qabel tiehu ghas-Siggiewi. Ta' quddiemi donnhom bezghu minnhom u baqghu fil-purcissjoni warajhom. Meta daqqejtilhom biex iwarrbu donnhom ittendew u mxew b'mod civili kif ghandu jsuq mutur: fuq ix-xellug tat-triq.

 

Ftit ilu, f'nofs ta' lejl rajt wahda isbah.

 

Kont tiela' lejn Hal-Far fit-triq li ggenneb ir-'runway'. F'daqqa wahda, quddiemi fuq il-karreggjata l-ohra, nara dawl dghajjef abjad riesaq lejja b'hafna iktar heffa milli kont qed insuq jien. Naqqast iktar il-velocita' sakemm kwazi waqaft, sadattant il-vettura l-ohra waslet qrib bizzejjed biex ninduna li kienet 'land rover' ta' l-armata, miexja b'lura fuq karreggjata li fuqha suppost timxi bil-maqlub!

 

Praspar li ma tghidhom 'l hadd u jemmnek. Imma graw tassew. Sa ftit tas-snin ilu is-sewwieqa tal-militar kienu tassew ezemplari, isuqu bil-qies, fin-naha tat-triq fejn suppost u josservaw ir-regolamenti sa l-icken frazi. Illum dan, f'hafna kazi, spicca.

 

F'pajjiz fejn min suppost jaghti l-ezempju jkun hu li l-ewwel jikser ir-regolamenti, kif imbaghad tista' tistenna li l-bqija tal-poplu timxi kif imiss?

 

Semmejtha darb'ohra u nerga' nsemmiha illum, b'iktar xniexel.

 

Il-gvern Laburista bena triq li tghaddi 'l barra minn Hal-Qormi, parallela ma' Triq l-Imdina, u tibqa' tiela' sa Haz-Zebbug. Dan sar biex jitnaqqas it-traffiku li kien jghaddi fiz-zewg direzzjonijiet minn triq li mhix wiesgha bizzejjed biex tiehu dak it-traffiku kollu.

 

Gara izda li sew it-triq l-antika u anke dik gdida swew biex jigu ipparkjati iktar vetturi, specjalment fil-parti ta' fuq hdejn il-fabbrika tal-'luminata'. Hemm rebus mill-akbar. It-trakkijiet tal-kumpanija jimblukkaw kullimkien, bi nhar u anke hafna drabi bil-lejl. U mhux f'Imdina Road biss, fuq iz-zewg nahat tat-triq, imma anke fil-'by-pass'.

 

U ghal min ma jafx, minn din it-triq zgur jghaddi ta' l-inqas darba kuljum hadd hlief il-Ministru ta' l-Intern. Jghaddu zgur ukoll il-puluzija tad-distrett, dawk li jaghmlu r-ronda, il-puluzija tat-traffiku, u dawk li jghixu f'din in-naha ta' Malta. Imma haga ta' l-iskantament, jum wara l-iehor, sena wara l-ohra, minflok il-problema ma naqas, kompla zdied.

 

Imma l-periklu fit-toroq mhux gej biss mill-ingombri perikoluzi, u mis-sewqan bl-addocc. Gej anke mis-sewqan ta' vetturi li barra minn Malta lanqas biss jinholom li jinsaqu fit-toroq pubblici. Din il-gimgha stess, jien u hiereg mis-Super One kelli nistenna tghaddi xejn inqas minn gaffa daqshiex, bir-roti tal-lastiku. Ghax mid-dehra skond il-ligi vetturi bir-roti tal-hadid ma jistghux jiccirkolaw fit-toroq. B'hekk issa qed jaghmlulhom roti tal-lastiku. Imma jekk tahbat ma' xi wahda minnhom qajla ser taghmillek differenza jekk tkunx ghaddejja fuq il-lastiku jew fuq il-hadid: xorta tibqa' ghaddejja minn go fik jew minn fuqek. L-istess ghall-'fork lifters' jigru mat-toroq, specjalment f'zoni fejn hemm attivita' industrijali jew kummercjali intensa. Xbajt nara per ezempju fork lifters jaqsmu t-triq - bhallikieku ghaddejjin minn xi moghdija - li hemm quddiem il-Marsa Press. Zgur mhux jien biss inzertajt inkun qed indur minn hdejn ix-Ship Building ghat-triq li qed insemmi, u ezatt kif indur insib xi corma haddiema u 'fork lifter' ma' wicci, f'nofs it-triq!

 

Imbaghad hemm iz-zwiemel u s-serkini! Nahseb li kullimkien hemm min ghandu xi ziemel u serkin li jehda johorgu jdur mat-toroq tar-rahal fejn joqghod. In-nahat taghna mimlija bihom. Personalment niehu gost narahom ghaddejjin bil-pass, f'gemb it-triq, jippassiggaw b'sidhom serju u kburi bil-bhima sabiha tieghu.

 

Imma kultant tisthajjlek dhalt bil-karozza fuq il-korsa taz-zwiemel tal-Marsa. Tarahom ghaddejjin ras ma' ras itellqu fuq it-tarmak qisu hemm taghhom u ghalihom biss.

 

L-istess bhal fil-kaz ta' ingenji bla numru, ta' 'fork lifters' , gafef, 'combined harvesters' - li fis-sajf gieli jitilghu fi dlamijiet cappa, f'nofs ta' lejl - anke z-zwiemel ma huma koperti mill-ebda insurance. Jekk tahbat maghhom jew huma mieghek, jekk itajjrulek iben jew bint, jew jithnuh, tibqa' bli hadt.

 

Dan huwa parti mir-rejalta' li qed jiffaccja kull min jixref xi darba jew ohra minn daru. Din hija il-qaghda li thalliet tiddegenera fiha is-sistema tat-traffiku f'pajjizna. U dan, apparentement, bil-barka shiha - implicita jew esplicita' - ta' l-awtoritajiet. L-aqwa li fl-ahhar tax-xahar, kull puluzija ikun ghamel il-kwota tieghu tac-citazzjonijiet ghall-ipparkjar fejn xi knisja, jew hdejn xi spizerija jew supermarket (u jaghmlu sew jaghtu c-citazzjonijiet lil min jahseb biss fih innifsu). Imma s-serjeta' titlob iktar, hafna iktar minn hekk. Titlob li l-awtoritajiet ma' jifthux ghajnejhom berah fejn jidhol iz-zghir, biex imbaghad fejn jidhol il-kbir, il-potenti, is-sinjur, jaghmew ghal kollox.

 

Dan l-artiklu gie ippublikat fil-gurnal Kulhadd.

 

 

© E.C.Schembri                                              

                    MUR LURA                             HOME                               LI JMISS

Kitbiet ta' l-istess awtur f'pagni ohra:

GOWI --- novella

Artikli:

Ix-Xbejba tal-Misrah

Irwejjah

Il-Hati

Karattri

Il-Karita'

Gieh Misthoqq izda Michud

Utopja

Il-Wirt

Gieh lill-Haddiem

Poeziji

U

Dom Mintoff - Malta's Living Legend

© 1998 All Rights Reserved - Drittijiet kollha mizmuma mill-Awtur