IRWEJJAH

 

Rega' kelli ghalfejn nuza l-karozzi tal-linja. Flagell, imma x'taghmel!

L-ewwel vjagg li ghamilt, mis-Siggiewi ghall-Belt, fakkarni fiz-zmien meta kont interraq l-istess vjagg, zmien ilu, zmien l-iskola. Ftakart fuq kollox li l-iktar li kienu jolqtuni kienu l-irwejjah li jvarjaw minn post ghal iehor b'tali mod li darba tidrahom kont tista' b'ghajnejk maghluqa tghid ezatt fejn tkun wasalt.

Kelli d-drawwa naqra xi ktieb f'tal-linja, u minn waqt ghall-iehor bla ma nizbalja qatt, kont inkun naf fejn qeghdin. Niftehmu, ghax-xamm nippika mal-klieb.

Imma sa hmistax, jew ghoxrin sena ilu, anke bi xmara ta' flissjoni kien jirnexxilek taghraf mir-riha, kemm 'l post. Per ezempju kif tohrog mir-rahal u taqbad in-nizla ta' Wied il-Hesri

imnifsejk kienu jimtlew b'arja friska ta' kampanja vergni. Haz-Zebbug kien karatterizzat minn fwieha taqsmek ta' mqajel tal-baqar, u mbaghad kif tirfes f'Hal-Qormi kont tista' toghxa bir-riha helwa tal-halib frisk, fejn qabel kien hemm l-impjant ta' pasturizzazjoni. Pass l-isfel, Sqaq il-voti, kien ifewwah bil-hobz hiereg jahraq mill-ifran.

L-iktar riha li bqajt niftakar kienet dik tal-Hamrun: ir-riha ta' kafe' jinkalja. Kienet tibda minn Pjazza San Frangisk, jew aktar 'l fuq skond ir-rih, u tibqa' sejra, taqsamlek qalbek u xxenqek ghal bela', sa hdejn ir-Radio City.

Minn hemm sal-Furjana, imbaghad kienet tfegg ir-riha mielha tal-bahar li jgenneb dak l-ilsien art miz-zewg nahat, imhallta ma' l-arja niedja tas-sigAr li kienu aktar kotrana sa Bieb-il Bombi mil-lum.

Ftakartu dan kollu fl-ewwel vjagg f'tal-linja ghall-belt. Fittixthom b'imnifsejja l-irwejjah, imma ma sibtx ghajr intejjen tad-diesel tax-xarabank, li sal-belt qallbitli l-intern.

Xammejt minflok hlewwet il-halib, l-irwejjah taz-zjut tal-mekkaniks li jizeghdu Triq l-Imdina f'Hal-Qormi. Ta' rihet il-kafe' tal-Hamrun ma baqaghx hjiel, ghalkemm nisthajjel li ghad hemm min ibieghu fil-boroz inkaljat u midhun ghal-lest. U sal-Bombi, bhalma qabel, u iktar u iktar wara, sa Putirjal, xammejt intejjen biss: ta' zjut ta' kull tip mahruqa u m'humiex. Irwejjah ta' diesel, ta' petrol, u l-iktar ta' pitrolju f'Putirjal, imlewwna bi dhahen bojod u suwed.

Lura, fir-rahal, il-qaghda mhix bosta ahjar.

Meta jkun rih fuq jew grigal inxommu biss diesel u pitrolju, u minn gewwa kullimkien sa l-ibghat rokna, infarfru trab iswed fahma. Bir-rih isfel tigina aghar, ghax titla' fuqna s-shaba tintenn tal-mizbla taz-Zurrieq. Kif ir-rih idur ghax-xlokk, minn naha t'Ghar Lapsi, inxommu ... le, mhux il-lampuki, imma rihet il-baqar li jimirhu fuq in-naha l-ohra ta' dejret Dr Louis Galea. Biex tghaxxaqha tibda gejja wkoll ir-riha pungenti ta' bewlet fniek xi gar.

Il-majjistral biss ma rjejjahx, imma jrewwah u jkaxkar, ghal xhur shah, fin-nizla tieghu minn fuq l-gholjiet, sa ma jhabbat mal-genb tal-knisja, quddiemi, u jitla' 'l fuq biex jerga' jigi, mewga ta' qawwa u qilla li ttaffi biss fis-sajf. Imma li ma tintinx, tiffriska!

U mbaghad jigu ta' Wied-il Ghajn jilmentaw ghax kultant ixommu ftit tar-riha minn daqsxejn ta' mpjant maghluq gol-konkos!

 

 

E.C. Schembri

11 ta' Settembru, 1994

Mhux qed jintuzaw karattri tipici ta' l-ilsien Malti biex jigi evitat tahwid ghal min m'ghandux dawn il-karattri.

Kitbiet ta' l-istess awtur f'pagni ohra:

GOWI --- novella

Artikli:

Il-Garra

Ix-Xbejba tal-Misrah

Il-Hati

Karattri

Il-Karita'

Gieh Misthoqq izda Michud

Utopja

Il-Wirt

Gieh lill-Haddiem

Poeziji

U

Dom Mintoff - Malta's Living Legend

© 1998 All Rights Reserved - Drittijiet kollha mizmuma mill-Awtur