IL-WIRT

 

Il-gimgha l-ohra, ittra ta' Kunsill Pastorali f'rahal, fahhret arcipriet, li f'dawn il-jiem itemm il-hatra tieghu, u irtira bil-pensjoni. Ideja tajba nghid, ghalkemm jien naraha, kif jghidu l-Inglizi, li "self-praise is no recommendation"!

Laqatni f'dik l-ittra il-piz li inghata lill-wirt materjali li dan l-arcipriet ser ihalli warajh: nicca, bradella, antiporti, ambone.... Imma nghid jien, possibbli, fl-ghaxija tal-millenju, kif ninsabu, ghad hawn din l-ideja materjali tal-hidma ta' dak li suppost huwa kap spiritwali, 'manager' ta' l-erwieh? Kif jista' jkun li propju Kunsill Pastorali jintilef fuq hmerijiet ta' dan it-tip.

Halli niftehmu. Ghal min imur il-knisja, u jirzah bil-bard tax-xitwa, l-antiporti fihom valur.

Imma x'fih l-iktar valur: li taghmel bradella jew ambone, jew li tahdem bla heda biex tmewwet il-firda, biex teqred il-mibeghda, biex tirbah l-ghira fost il-parruccani? X'jaqbel l-iktar ghal poplu ta' rahal: li tghin bla heda u bil-miftuh halli jitwaqqaf kazin iehor tal-banda u b'hekk tohloq firda li qatt ma ezistiet f'dak il-post, jew li tara li jinholoq centru fejn iz-zghazagh jistghu imorru fl-ghaxijiet, anke matul il-jum, minflok jiggerrew u jhufu ma' kullimkien bl-immiet li jaf bihom kulhadd? Huwa ir-rwol ta' mexxej religjuz li juri

Simpatiji jew antipatiji lejn individwi jew gruppi, anke jekk dawn ma jwahhdux mieghu idejat u idejali?

It-twegiba - sinciera u bla ebda tlaqliqa - jista' jaghtiha kull min ma jinhebiex wara subajgh.

Wara kollox irid jitfakkar li antiporti, sistemi tad-dawl, u l-affarijiet l-ohra kollha li jsiru fil-knisja, jithallsu minn bwiet in-nies. L-arcipriet jigbor, jiddepozita l-flus fil-bank, u jivvinta bzonn halli jigbor iktar ... u jonfoq iktar!

Qed niehu dan il-kaz partikolari ghall-ebda raguni ohra hlief ghall-fatt li f'bosta parrocci ta' Malta, il-knisja ghadha mmexxija minn kappillani u arciprieti b'idejat medjokri. Il-veru gid tal-poplu ftit huma dawk li jfittxuh. Bosta minnhom ifittxu li joholqu madwarhom merhla ta' fidili li jsibuhom f'kull htiega.

X'uhud minnhom - nahseb li bosta fosthom - jilhqilhom bizzejjed biex kull tant, joholqu l-alibi, iwieznu 'l xi hadd li maghhom ma jkunx jaqbel. Ohrajn lanqas daqshekk ma jaslu. Imma l-ebda eccezzjoni qatt ma ghamlet ir-regola.

Mhux ta' b'xejn li l-generazzjoni zghazugha - u hawn ninkludi lil dawk li direttament jew indirettament qalghu fuq rashom matul il-kwistjoni politiko-religjuza tas-snin sittin - qeghda dejjem iktar titbieghed mill-knisja. Tlumhom lil dawn, meta jaraw li qassis jigi censurat mill-knisja tieghu ghaliex jikkritikaha, mhux f'xi aspett ta' tejologija jew dommatika, imma fl-agir taghha mal-poplu?

Manager tajjeb mhux dak li jiehu hsieb li l-ufficini u l-hitan tal-fabbrika ikunu mill-isbah. Lanqas ma huwa dak li jahmel u jirrispetta lil min jidhirlu - jew jaqbillu - u jobghod, jahqar u jipprova jkecci lil min ma jkunx jista' ghalih.

Inhoss li dan ghandu jghodd ghal kull min huwa f'pozizzjoni li minnu mistennija tmexxija - hi x'inhi in-natura tax-xoghol jew attivita'.

Mhux inqas certament ghandu jghodd ghall-mexxejja spiritwali tal-knisja fl-ibliet u fl-irhula. Iktar u iktar illum li l-injoranza, fl-ahhar, inqerdet kwazi ghal kollox, u ghalhekk bin-nies jekk tidhaq illum, ghada aktarx ma jirnexxilekx. Tista' tidhaq b'xi hadd ghal dejjem, tista' anke tidhaq b'kulhadd ghal xi zmien, imma ma tistax tidhaq b'kulhadd, ghal dejjem!

 

 

 

E.C. Schembri

28 t’Awwissu, 1994

Kitbiet ta' l-istess awtur f'pagni ohra:

GOWI --- novella

Artikli:

Il-Garra

Irwejjah

Il-Hati

Karattri

Il-Karita'

Gieh Misthoqq izda Michud

Utopja

Ix-Xbejba tal-Misrah

Gieh lill-Haddiem

Poeziji

U

Dom Mintoff - Malta's Living Legend

© 1998 All Rights Reserved - Drittijiet kollha mizmuma mill-Awtur

Mhux qed jintuzaw karattri tipici ta' l-ilsien Malti biex jigi evitat tahwid ghal min m'ghandux dawn il-karattri.