GIEH MISTHOQQ LI BAQA' MICHUD

 

Karmenu Vassallo - il-poeta tan-Nirien

 

Hadt ferm gost nisma' w nara l-gieh u l-qima li n-nies ta' Had-Dingli nedew fil-bidu ta' hidma biex rahalhom u l-pajjiz jibqa' ghal dejjem jiftakar fid-drammaturgu Francis Ebejer.

Minn qalbi nifirhilhom u nawgura li fi zmien qasir jirnexxilhom jigbru l-flus mehtiega biex jaghmlu l-monument tal-bronz, li Francis jixraqlu mal-monumenti letterarji li halla warajh.

Li poplu ta' pajjiz jew rahal, jifrah u jiftahar b'uliedu li jirnexxu u jaghmlu isem, mhix xi haga rari. Jekk nimirhu madwarna nsibu bosta toroq imsemmija ghal nies li ghamlu isem f'hajjithom.

Ikolli nghid Haz-Zebbug huwa l-iktar rahal fejn in-nies, gustament, huma kburin b'rahalhom, u bin-nies li matul is-sekli iddistingwewh. U ghandhom biex jiftahru z-Zebbugin, u mhux ftit. Taw lill-poplu nies bhall-poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila, u l-eroj Dun Mikiel Xerri, u l-patrijota Mikiel Anton Vassalli, missier ilsienna.

Semmejt Haz-Zebbug ghax jinsab tefa' ta' gebla minn rahli, is-Siggiewi, li wkoll ta lill-pajjiz xi ftit nies li ddistingwew ruhhom hafna.

Qed nghid dan zgur mhux ghaliex jien parrokkjali. Ghall-kuntrarju.

Semmejtu ghaliex tweggaghni l-attitudni ta' bosta li forsi sforz l-ghira, jew forsi ghax ma jaqblux ma' dak li jkun, jinjorawh jekk ma jcekknuhx ukoll. F'wiccu jincensawh, biex jiehdu li jistghu minnu, u minn warajh jifthu bwieb l-infern kontrih. U wara mewtu jinsewh qisu qatt ma kien.

Il-poeta tan-Nirien, Karmenu Vassallo bata mhux ftit b'dan l-atteggjament. Mhux minn kulhadd, imma minn bosta.

F'hajtu bosta injorawh go rahlu, meta bzonnu aktar ma kellhomx. Ma nahsibx li kien hemm min kasbru, imma min weggghu kien hemm bosta. Ghax kont nafu sew u mill-qrib naf li fost l-aktar li kien joffendih kien propju li jigi injorat. F'hafna fir-rahal dan aktarx ghandu l-eghruq fil-politika partiggjana. Karmenu ma kienx biss Laburist. Kien fuq kollox poeta socjalista fis-sens veru tal-kelma. U ghax kien konvint ikkontesta l-elezzjonijiet f'isem il-partit. In-Nazzjonalisti - u jidher li mhux tar-rahal biss - din ma hafruhielux, insewh ghal kollox. Qisu m'ezista qatt.

Minn min ghal dan, ma hamlu qatt, ma tantx nistenna inizjattivi. Izda minn ohrajn, l-iktar dawk li kienu jisthajjluhom hbieb ta' Karmenu Vassallo, nistenna li jqumu u jahdmu halli jfakkruh.

Karmenu Vassallo jixraqlu wkoll monument u bil-kif. Nistenna s-Siggiewin ikunu l-ewwel nies li jifthu t-triq biex dan isehh.

Novembru, 1994

 

 

U llum?

Ghaddew is-snin minn meta miet Karmenu Vassallo, hdax il-sena fil-fatt. Ghaddew is-snin ukoll minn meta ktibt u ippublikajt dan l-artikolu, minn meta ppruvajt inniggez u nqanqal lill-awtoritajiet u l-ghaqdiet tas-Siggiewi biex jibdew u jaslu biex lil Karmenu jaghmlulu l-monument li jixraqlu.

Minkejja dan, izda, ma sar xejn dwar tifkira tangibbli b’monument xieraq. Issemmiet triq fis-Siggiewi – u anke ohra fl-Iklin – ghal Karmenu Vassallo. Is-sena l-ohra inghata Gieh is-Siggiewi lil Karmenu, mill-Kunsill Lokali tas-Siggiewi. Imma dan ma nafx f’valur fih, jekk tqis li l-Kunsill ta Gieh is-Siggiewi lil kull membru tal-Kunsill stess! B’Midalja tad-deheb u parcmina b’kollox. Dwar dan ktibt f’gurnal, imma l-Kunsill baqa’ ma wegibx. Tghid is-skiet risposta? F’pajjiz tan-nejk bhal Malta, hafna drabi, mid-dehra, iva.

 

E.C. Schembri

RAHAL TWELIDI

Seta' kien ikbar

Seta' kien isbah

Rahal Twelidi Joghgobni shih

Kitbiet ta' l-istess awtur f'pagni ohra:

GOWI --- novella

Artikli:

Il-Garra

Irwejjah

Il-Hati

Karattri

Il-Karita'

Ix-Xbejba tal-Misrah

Utopja

Il-Wirt

Gieh lill-Haddiem

Poeziji

U

Dom Mintoff - Malta's Living Legend

© 1998 All Rights Reserved - Drittijiet kollha mizmuma mill-Awtur

Mhux qed jintuzaw karattri tipici ta' l-ilsien Malti biex jigi evitat tahwid ghal min m'ghandux dawn il-karattri.