UTOPJA?

 

Kultant, l-aktar jien u nikteb. tigini it-tentazzjoni li nzerzaq xi kelma jew frazi tqila, bil-Latin, per ezempju. Kelma tqila, kultant, tiswa. Xejn xejn, min jaqraha, jew jismaghha, jahseb li min kitibha jew qalha ikun xi gharef. Mhux importanti, l-iktar meta titkellem, li

tkun taf ezatt dik il-kelma xi tfisser ... hekk jew b'hekk il-kotra ma tifhimhiex! Li jiswa u jghodd hu li turi kemm taf. Ghax illum ghad hawn bosta u bosta li jimpressjonaw ruhhom bil-kliem tqil u bombastiku jew goff.

L-iktar li jghaggibni hu li nies li ghandhom sfond kulturali, li tghallmu l-iskola, donnhom jaqghu vittma ta' certi whud li ghandhom is-sengha fl-uzu ta' lsienhom. L-istess bhalma taghmel il-kotra.

Nistaghgeb ghax nistenna li nies li tghallmu jhaddmu mohhom, tghallmu wkoll juzawh dejjem u tajjeb. Imma forsi jkunu tghallmu wkoll ikunu kompjacenti (ahfirli din il-kelma tqila!).

Imbaghad niftakar li hafna drabi jiswa aktar li tilghabha tac-cuc. "Omm l-ibleh ma taghlix", u lanqas - anzi specjalment - min jaghmilha ta' hekk, ma jaghli. Ghall-kuntrarju, aktarx li jgawdi, ghax fid-dinja kif inhi, u bil-mentalita' li ghandna, li jghodd hu kemm turi li taf timxi mal-kurrenti ta' madwarek. Il-konformizmu huwa assigurazzjoni

ta' success.

Min jaghmel bhali, jaqdef kontra l-halel, jista' jispicca mgharraq.

Imma mhux bilfors!

S'issa ghadni ncafcaf, u l-halel ma battewx.

Fil-hajja l-kurrent sikwit jigi kontrina. Daqqa fil-familja, daqqa fuq ix-xoghol, kultant mal-qraba jew mal-hbieb. X'jikkuntrarjana nsibu dejjem u zgur. Imma l-aghar li nistghu insibu huma id-daqqiet minn wara, minn fejn - u minn ghand min - l-inqas li nistennewhom. Dawn inqishom l-aghar ghax l-aktar li taqlaghhom huwa meta tkun qed

tiggieled kontra l-hazen, kontra l-korruzzjoni, kontra n-nepotizmu, kontra l-gheltijiet li m'humiex tipici taghna l-Maltin biss, imma li f'pajjizna, forsi ghax ckejken jidhru iktar.

Il-gimgha l-ohra ftakart f'patri li iggieled kontra l-kurrent u qalaghha. Nifhmu, naghdru u nheggu li ma jaqtax qalbu, bhalma nittama li ma jaqta' qalbu u ma jibzaghx min, f'oqsma ohra jiggieled u jissogra biex pajjizna, u d-dinja, isiru ahjar; biex jinqered l-egoizmu, tispicca l-mibgheda...

Utopja? Min jaf?

 

 

 

E.C. Schembri

18 ta’ Settembru, 1994

Kitbiet ta' l-istess awtur f'pagni ohra:

GOWI --- novella

Artikli:

Il-Garra

Irwejjah

Il-Hati

Karattri

Il-Karita'

Gieh Misthoqq izda Michud

Ix-Xbejba tal-Misrah

Il-Wirt

Gieh lill-Haddiem

Poeziji

U

Dom Mintoff - Malta's Living Legend

© 1998 All Rights Reserved - Drittijiet kollha mizmuma mill-Awtur

Mhux qed jintuzaw karattri tipici ta' l-ilsien Malti biex jigi evitat tahwid ghal min m'ghandux dawn il-karattri.