Ix-xbejba tal-Misrah

Intervista

mas-Sinjorina Agatha Barbara

Ex-President tar-Repubblika ta' Malta

1982 - 1987

Kitba ta' E.C. Schembri

 

F'Malta ma hawnx mara ohra, li isimha nstema' u ghadu maghruf f'kull rokna tal-pajjiz, ghajr Agatha Barbara. Ghal 40 sena hadmet fi hdan il-Partit Laburista, bi bzulija, b'hegga, u b'entuzjazmu, fi glieda bla heda kontra l-ghaks, l-injoranza, favur il-batut u l-klassi tal-haddiema.

Dahlet fil-politika fi zmien meta pajjizna kien kolonja Ngliza, fi zmien ta' injoranza kbira, fi zmien ta' pregudizzji b'eghruq fondi, kontra n-nisa. Temmet il-karriera taghha bhala l-ewwel mara fid-dinja li saret president ta' pajjiz sovran.

Agatha Barbara twieldet, trabbiet, u ghexet sa meta saret Ministru, fil-parti ta' Haz-Zabbar maghrufa bhala l-Misrah. Zona li dak iz-zmien kienet tirrifletti l-faqar li kienu jghixu fih in-nies tal-madwar.

Kien dan il-faqar, jiddi fi kruhitu, madwarha kullimkien, li nissel fiha sens ta' ribelljoni - determinazzjoni li minnu tohrog, u maghha tohrog ukoll lill-girien, lill-foqra kollha tal-pajjiz.

Fi tfulitha riedet issir spizjara - kompromess man-nannu preferut li riedha ssir tabiba. Xewqitha ma sehhittx ghaliex l-iskola il-bniet ma kienux jitghallmu suggetti tax-xjenza, u b'hekk ma setghetx tidhol l-Universita'. Marret ftit privat imma l-flus ma wasslux, u missierha qalilha li kien ghad baqa' hutha min jitghallem.

Fil-gwerra hadmet ta' skrivana fil-mahzen tal-bombi fil-Mosta. Mit-twieqi ta' l-ufficju tal-kmandant fejn kienet hi, kienet tara lis-suldati jghoxew bit-tfajliet li kienu jahdmu ma' l-armata, jinqdew u jbiddlu fil-berah. Indahlet ghalihom mal-kmandant, u dan provdilhom tinda.

Hajjet Agatha Barbara hija minsuga fuq episodji ta' dix-xorta, interventi ghal haddiehor.

Kien dan, u meeting tal-General Workers Union, li heggew lil Agatha tidhol fil-politika u tohrog ghall-elezzjoni fl-1947, l-ewwel darba li in-nisa ta' pajjizna setghu imorru jivvutaw.

Sa dak iz-zmien, fi tmiem il-gwerra, kienet dahlet ghalliema fil-kullegg ta' Flores, fil-Belt Valletta.

Tkellmet fl-ewwel meeting tal-Partit Laburista ghax "Pawlu Gafa' u Pugliesevich qabduni, refghuni u poggewni quddiem il-mikrofunu, f'meeting li ghalih il-pjazza ta' Rahal Gdid kienet mahnuqa bin-nies."

Irrakuntatli din il-grajja kemm 'l darba fis-snin twal li ghamilt nahdem maghha.

Kif rawha, in-nies flok jibbujaw kif stenniethom hi, infexxew icapcpu, u hadet ir-ruh. Staqsiet lil Pawlu Boffa x'kellha tghid. Dak wegibha li kellha tghid dak li kienet tikteb fil-Bulettin. Malli lissnet l-ewwel kelmiet, in-nies regghet infexxet fic-capcip. Ghamlet il-kuragg. Minn dak inhar, ma waqfitx titkellem!

F'dik l-elezzjoni, u f'kull wahda ohra li saret sa l-1981, Agatha Barbara hadet u baqghet izzomm postha fil-Parlament.

Fl-1955, meta l-Partit Laburista rebah il-gvern b'maggoranza kbira, giet mahtura Ministru ta' l-Edukazzjoni.

Giet ghaliha l-opportunita' li twettaq ma' haddiehor dak li maghha ma sarx. Haddnet u haddmet b'entuzjazmu il-programm tal-partit ghad-dhul ta' sistema ta' edukazzjoni fil-pajjiz. Fi tlett snin, sal-1958, gew mibnija jew irrangati 43 skola. L-edukazzjoni mhux biss saret ta' bilfors sa 14-il sena, izda t-tfal inghataw il-kotba u l-pitazzi b'xejn. Ghal min kien joqghod aktar minn mil boghod mill-iskola, anke it-trasport kien b'xejn. Ghall-bniet introduciet is-suggetti tax-xjenza, li hija stess xtaqet tistudja ghoxrin sena qabel, u ma setghetx. Twaqqfu kulleggi biex jghallmu zghazagh li riedu jsiru ghalliema. Infethet f'Malta l-ewwel skola teknika.

Taqliba shiha li bhalha f'dak il-qasam, pajjizna kien ghadu qatt ma ra.

Fl-irvellijiet tat-28 t'April, 1958, kienet wahda mill-protagonisti ewlenin. Spiccat biex giet ikkundannata xahar il-habs.

Fil-bidu tas-snin sittin, il-Partit Laburista baghatha ma' Anton Buttigieg fi New York. Flimkien qattghu il-gimghat, ix-xhur, jigru wara ir-rapprezentanti tal-pajjizi li kienu membri tal-Gnus Maghquda. Kienu qed ifittxu l-appogg ghat-talba tal-Maltin ghall-Indipendenza.

"Jehtieg nghiduha bla tlaqliq. Il-glieda ghall-Indipendenza ghamilha wahdu il-Partit Laburista. Il-Partit Nazzjonalista dak iz-zmien kien qed jipprova jgib minghand l-Inglizi id-"Dominion Status".

Bl-isforzi li saru fi New York, il-kawza ta' Malta ittiehdet bis-serjeta' minn bosta pajjizi. Fost l-ewwel li tkellmu favurna kien hemm l-Gharabja Sawdita. Stinka hafna U Thant, li aktar tard sar segretarju Generali tal-Gnus Maghquda. Il-kawza ghall-indipendenza ta' Malta inbidlet f'talba generali ghall-indipendenza tal-pajjizi kollha li kienu ghadhom kolonja. Bdiet il-pressjoni internazzjonali fuq il-

kolonizzaturi, u dawn ftit ftit bdew jaghtu l-indipendenza lill- kolonji taghhom.

"L-indipendenza giet ghax l-Ingilterra kien jaqblilha ittina Indipendenza taparsi, biex tkun qed tidher li twettaq ir-rieda tal-Gnus Maghquda, meta fil-fatt zammet f'idejha l-oqsma vitali ta' pajjizna."

Meta fl-1971 il-Partit Laburista rega' rebah l-elezzjoni, Agatha Barbara regghet inghatat il-ministeru ta' l-Edukazzjoni, u mieghu il-Kultura.

Ir-riformi tas-snin hamsin wasslu ghal bidla radikali fl-edukazzjoni, izda fis-snin sebghin l-isfida kienet daqstant iehor kbira.

Il-politika tal-gvern Laburista fasslet ghall-pajjiz programm intensiv ta' industrijalizzazjoni. Minghajr nies tas-sengha dan ma' setax jitwettaq. Twaqqfu ghalhekk l-iskejjel tas-snajja ghas-subien u anke ghall-bniet, waqt li ittellghet ghal 16 il-sena l-eta' ta' l-iskola. U ghal din ir-regola Agatha Barbara ma kienet taghmel eccezzjoni ma' hadd!

Ir-riformi fl-edukazzjoni kienu jinkludu wkoll tibdil kbira fl-Universita' li ukoll saret b'xejn biex b'hekk ulied il-haddiema setghu ikomplu l-iskola, minkejja in-nuqqas ta' rizorsi finanzjarji.

Fl-1974 Agatha Barbara saret Ministru tax-Xoghol, Ghajnuna Socjali u Kultura.

Kien f'dan il-perijodu li stinkat fit-twettiq tal-politika socjali tal-gvern Laburista li kienet inbdiet fl-1971. Hija baqghet responsabbli minn dan il-ministeru sa l-1981. F'dan iz-zmien twettqu riformi ohra kbar din id-darba fil-qasam tax-xoghol u tas-servizzi socjali. Anke il-Kultura inghata bixra differenti taht it-tmexxija taghha.

Fost l-ewwel mizuri li ittiehdu kien hemm it-twaqqif ta' paga minima nazzjonali, li assigurat li hadd ma jinghata paga inqas milli kien meqjus bhala essenzjali. Saru kunsilli tal-pagi li iffissaw il-kundizzjonijiet tax-xoghol u l-pagi tal-haddiema fid-diversi setturi. Dan gab protezzjoni bil-ligi ghal bosta kategoriji ta' haddiema bhalma huma dawk tal-hwienet, is-sefturi, impjegati ma' kumpaniji zghar jew ma' individwi. Sa dak iz-zmien, dawn kienu haddiema sfruttati minhabba l-pagi mizeri u l-kundizzjonijiet tax-xoghol, xi drabi anke degradanti li kellhom.

Il-ligijiet industrijali li saru taw lill-haddiema 40 siegha fuq gimgha ta' hamest ijiem. Din il-ligi tat lin-nisa id-drittijiet tal-haddiema rgiel fl-istess xoghol, u anke l-istess paga bhal shabhom irgiel.

Fil-qasam socjali sar tibdil mill-qiegh. Iddahhlet l-allowance ghat-tfal, il-vaganzi bi hlas ghal nisa impjegati li jkunu tqal, sar censiment fost il-familji biex gie stabbilit l-ghadd ta' persuni b'handikap, u l-kwalita' ta' infermita' li kellhom. B'hekk iddahhlet pensjoni gusta ghal dawn in-nies. Dan sewa fuq kollox biex inbidlet il-mentalita' tal-poplu, u b'hekk dawn l-individwi ma baqghux iktar mohbija minn ghajnejn in-nies bhalma kien isir qabel.

Twaqqfu skejjel apposta ghal tfal li jbatu minn difetti fil-vista, u fis-smiegh, ghat-tfal mentalment u fizikament handikappati.

"Dan it-tibdil kollu huwa importanti hafna, u ghandu biex jiftahar bihom il-Partit Laburista li wettaqhom."

Fl-1982, Agatha Barbara saret l-ewwel president mara tar-Repubblika.

Aktarx li ftit kienu l-okkazjonijiet matul daqstant snin ta' hidma flimkien, li fihom Agatha Barbara qalet 'le' lill-Perit Duminku Mintoff.

"Meta Mintoff qalli li kien ser jaghmilni President, ma hadtx gost, ma ridtx. Ghidtlu le. Ghidtlu ma jimpurtax jekk ma nsirx ministru, nibqa' membru u nibqa' nahdem fil-Parlament. Jien m'inix imdorrija noqghod ghac-cerimonji, u ma naghmilx xoghol attiv. Il-Perit qalli inti tkun 'working President'."

Agatha hadet il-gurament fil-Parlament fis-16 ta' Frar, u regghet meddet ghonqha ghax-xoghol.

Minn zmien ghal zmien kienet tattendi laqghat tal-kabinet, ghalkemm ma kienetx tivvota bhall-ministri. B'hekk ma kienx hemm htiega ta' konsultazzjonijiet fit-tul bejni bhala President u il-Prim Ministru.

Barra minn hekk tul il-hames snin taghha bhala President, hija kienet twassal il-fehma tal-gvern Malti, u l-htegijiet tal-poplu, fit-tahdidiet li kien ikollha mal-kapijiet ta' stat u mal-ministri tal-bosta pajjizi li zaret. Kienet tiddiskuti fuq kollox, mill-faham sal-laham tal-friza, bil-ghan li tghin fl-importazjoni ta' prodotti

mehtiega ghall-poplu, bi prezz irhis. Kienet tiehu kampjuni ta' prodotti Maltin biex tipprova tikkonvinci pajjizi ohra jixtru minghandna.

Izda Agatha Barbara, President, baqghet l-istess bhal meta kienet fi tfulitha ix-xbejba tal-Misrah.

Zammet haj il-kuntatt ma' n-nies: qatt daqs dak iz-zmien, la l-Palazz tal-Belt Valletta, u lanqas dak ta' San Anton, ma raw fihom daqstant nies komuni - haddiema! Spicca z-zmien li ghac-cerimonji u ghar-ricevimenti kienu jattendu biss il-kbarat. B'mod partikolari infethu ghall-poplu bwieb il-palazz ta' San Anton. Eluf ta' nies - kbar u zghar minn kull qasam anke l-iktar umli tal-hajja - setghu

jidhlu u jimirhu fis-swali sbieh, u l-kuriduri mlewwna tieghu.

Zaret skejjel u fabbriki u postijiet tax-xoghol; tkellmet mal-haddiema. Darba minnhom, f'maltemp mill-aghar, marret Ghawdex – kellha appuntament mat-tfal ta' l-iskola taz-Zebbug, u minkejja kollox zammitu. Ahna u gejjin lura, f'bahar jibla' l-art, il-patrol boat ta' l-armata kienet ghoddha tfarrket mal-blat tal-Marfa, u x'hin gibdet 'l barra ghax titrakka ma setghetx, halla bahar kienet ghoddha belghetha. Sthajjiltha, kif kienet bil-qeghda f'genb hdejn it-tmunier, fuq siggu gholi, b'idejha t-tnejn imwahhdin mal-poggaman tal-hadid quddiemha, li kienet qed tara dik ix-xena wahxija f'xi film. Dhalna San Pawl il-bahar. Il-bahar kien kalm, ghalkemm bl-imbadd konna qisna fuq bandla. Domna hin twil nistennew biex nitrakkaw minhabba l-vapur t'Ghawdex. X'hin inzilna l-art qaltli, "nghoddha b'wahda din". Fil-karozza, bhallikieku qatt ma kien xejn qalet, "ara dawk it-tfal (ta' l-iskola taz-Zebbug) kif keshu f'dak il-bard". Ftakret biss fic-cerimonja ta' fil-ghodu, fil-bitha ta' l-iskola, x'hin it-tfal laqghuha f'rih li beda jizdied u jitqawwa ma' kull minuta.

Matul il-bosta snin li hdimt ma' Agatha Barbara, l-ewwel bhala Ministru u wara bhala President, sirt nafha bhalma iben ikun jaf lill-omm. Jekk irrid nghid is-sewwa irrid nghid li difetti bhal kulhadd ghandha zgur. Difett wiehed qatt ma kellha: tul ghomorha ma qarrqet qatt, b'hadd. Dan il-pregju forsi wassal biex bosta, li jafuha biss mill-qoxra 'l barra, jiehdu l-impressjoni li hi zorra, jew nieqsa mill-manjieri.

Izda fil-fatt Agatha mhix minn dawk li jduru mal-lewza biex jghattu x-xemx bl-gharbiel: ma twieghedx jekk ma tistax taghti; ma tittamax lil min jitlob l-impossibbli; ma twettaq ingustizzji ma' hadd.

Staqsejtha lejn l-ahhar ta' intervista ta' kwazi hames sighat - kliem u t-tifkiriet li jnixxu minn fommha bhal nixxiegha fir-rebbiegha - x'kien li taha l-ikbar dizappunt. Bla tlaqliq wegbitni: "xejn".

"Ridt li t-tfal ma jghaddux mill-faqar, mill-injoranza, mill-mizerja li ghixt fihom u kont imdawwra bihom jien. Irnexxieli flimkien mal-Perit Mintoff u ma' shabi l-ohra, inwassal biex dawn jispiccaw minn pajjizna."

Huwa ghal dan li trid li tibqa' imfakkra fiz-zmien li ghad irid jigi.

"Irrid li nibqa' meqjusa bhala mara li twelidt fost il-poplu, u bqajt anke sa meta sirt President parti mill-poplu."

Tlabtha messagg ghaz-zghazagh Maltin u Ghawdxin.

"Biex nistqarr il-verita' nghid li l-mod kif qed jghixu bosta miz-zghazagh illum ma naqbilx mieghu. Ferhana li dawn ghandhom illum opportunitajiet akbar biex jitghallmu, ghax huwa ghal dak li ahna hdimna. Kuntenta li m'humiex jghixu kif ghixt fi tfuliti jien sittin sena ilu. Anke ghal dan hdimna. M'hinix kuntenta bil-mentalita' ta' hafna zghazagh li ma jimpurtahomx x'ser jigri ghada. Hafna huma neqsin mis-sens ta' responsabbilta' ta' hajjithom u ta' dawk ta' madwarhom. Hafna jizzewwgu minghajr thejjija serja, u z-zwieg donnu jsir ghal dawn ghax hekk qisha l-moda. Dan huwa hazin, ghax il-kuncett tal-familja qisu ma ghadux valur siewi ghall-generazzjoni zghazugha. Barra minn hekk, iz-zghazagh tal-lum ma japprezzawx il-gid li qed jghixu fih. Dawn sabu kollox lest. Ma batewx bhalma ghamilna ahna biex il-poplu wasal fejn hu illum. Ma jafux xi tfisser li ma jkollokx l-edukazzjoni, is-servizzi socjali, il-kura tas-sahha, li jgawdu illum. Ghalhekk ma japprezzawxhomx. Il-laxkezza li hawn fost hafna zghazagh, li jqisu li xejn ma huwa xejn, qed tohloq hafna problemi serji bhad-drogi, l-aids, u gheltijiet ohra socjali.

"Jiena ghal dan naghti tort mhux liz-zghazagh biss, imma fuq kollox lill-kbar, li suppost qed jiggwidaw liz-zghar u jedukawhom biex japprezzaw il-valuri tal-hajja, biex jghixu f'atmosfera ta' hbiberija b'sens qawwi ta' responsabbilta' lejhom infushom u lejn is-socjeta'.

"Iz-zghazagh inheggighom jibdlu din il-mentalita' ta' ma jimpurtanix x'jigri minn ta' madwarek, specjalment mill-familja. Inheggighom ihaddnu l-valuri tal-familja, biex is-socjeta' ma tkomplix titkisser, kif qed titkisser. Waqt li jghixu skond iz-zmenijiet ta’ llum, iz-zghazagh ghandhom jaghrfu jerfghu b'responsabbilta' ir-rwol taghhom fis-socjeta'.

"Dan irrid nindirizzah mhux biss liz-zghazagh, izda wkoll lill-genituri, lill-ghalliema, lill-edukaturi, lis-sacerdoti, u lil kull min b'xi mod huwa responsabbli mill-izvilupp tal-karattru tat-tfal u z-zghazagh taghna. Huma dawn li jridu jdahhlu fiz-zghar is-sens tat-tajjeb u l-hazin."

 

Minn fommha:

"Kull min jasal biex jokkupa l-kariga ta' President tar-Repubblika bilfors li jkun gabar hajja shiha ta' esperjenza. F'pajjiz ckejken bhal taghna fejn ir-rizorsi umani huma limitati ferm, ma tistax tarmi dik l-esperjenza l-bahar. "Sa llum hekk qed isir. Ex-president qisu vazun rari li jintrefa' fil-vetrina, u minn hemm jinhareg fil-festa.

"F'pajjizna dan huwa hela. Ghandu jkun hemm struttura fejn ex-presidenti u nies ohra li tul hajjithom gabru minjieri ta' esperjenza fil-qasam taghhom, ikun inkorporati fuq bazi konsultattiva. B'hekk ikun assigurat li d-decizjonijiet li jittiehdu minn min huwa f'qaghda li jehodhom, ikunu bazati anke fuq l-esperjenzi ta' nies imgarrba."

 

 

E.C. Schembri

5 ta' Jannar, 1994.

Kitbiet ta' l-istess awtur f'pagni ohra:

GOWI --- novella

Artikli:

Il-Garra

Irwejjah

Il-Hati

Karattri

Il-Karita'

Gieh Misthoqq izda Michud

Utopja

Il-Wirt

Gieh lill-Haddiem

Poeziji

U

Dom Mintoff - Malta's Living Legend

© 1998 All Rights Reserved - Drittijiet kollha mizmuma mill-Awtur